DOI PRESS RELEASE NO. 0794

 

3rd June 2008 – Illum tista’ titqies bħala ġurnata storika għaliex illum saret l-ewwel reġistrazzjoni minn meta għadda l-att ta’ l-organizzazzjonijiet volontarji. Fl-2007 bdew jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għall-Organizzazzjonijiet li riedu jingħaqdu taħt organizzazzjoni waħda biex ikun hemm aktar koordinazzjoni bejniethom.

L-Onor. John Dalli, Ministru għall-Politika Soċjali qassam iċ-ċertifikati lil dawk l-Organizzazzjonijiet Volontarji li applikaw. Hu sostna li l-għan ta’ dan l-eżerċizzju mhux li jxekkel l-inizjattiva ta’ dawn l-organizzazzjonijiet, iżda sabiex ikun żgurat li l-istandards ikunu mħarsa. Il-Ministru żied jgħid li xogħol l-Kummissarju ta’ l-Organizzazzjonijiet Volontarji huwa li jkun ta’ gwida għal dawn l-organizzazzjonijiet u jizgura li jkun hemm aktar sinkronizzazzjoni bejniethom.

Fid-diskors tiegħu il-Ministru awgura lill-Organizzazzjonijiet kollha li llum kienu uffiċjalment reġistrati mal-Kummissarju, sabiex ikomplu bil-ħidma tagħhom fil-qasam soċjali u tenna li xogħlhom hu li jimla l-vojt li jista’ jkun hemm fis-soċjeta’. Il-Ministru ħeġġeġ ukoll lill-Organizzazzjonijiet Volontarji kollha sabiex jirreġistraw mal-Kummissarju ta’ l-Organizzazzjonijiet Volontarji.

 

L-Organizzazzjonijiet Volontarji li llum ħadu ċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni huma:

· Maltese Mentoring Society · Assoċjazzjoni Kunsilli ta’ l-Iskejjel · Marana Tha’ Catholic Charismatic Community · St. Jeanne Antide Foundation · St. Edwards College · Good Shephard Sisters – Dar Merħba Bik · Din l-Art Ħelwa · Paulo Freire Institute · Jesuit Centre for Faith and Justice · Ċentru Tbexbix · Malta Institute for Management · Young Women Christian Association · Grupp Missjunarju Kull Bniedem · Mission Fund · Soċjeta’ Filarmonika Lourdes · Richmond Foundation · Emergency Fire and Rescue Unit · Life Cycle Organisations · National Council of Women Malta · Għaqda Persuni Neqsin mis-Smiegħ · Millenium Chapel Foundation · Ramblers Association of Malta · Transplant Support Group · Fondazzjoni Suret il-Bniedem · Għaqda Mużikali Santu Wistin · YMCA Valletta · The Eden Foundation · Fondazzjoni Arka · Solidarity and Overseas Service (SOS)

 

DOI – 03.06.2008