ENGLISH VERSION

 

Press Release – New Gharb Planning Atrocity

In response to a new planning control application (reference PC/00038/20) for a proposed new road on 5,387 sqm of Outside Development Zone (ODZ) in Għarb, Gozo, Din l-Art Ħelwa Għawdex (DLĦGħ) reaffirms its demands for better regulations to protect the unique natural, historical and cultural environment of Gozo.

The area, known as ‘Tal-Mawua’ touches upon Triq Birbuba & Triq Patri Albert Caruana. The PC Application proposes a new street serving as an alternate access to Triq Birbuba, and critically changing the zoning of the land to residential development. 

DLĦGħ is adamantly opposed to this application which must be refused on the basis that:

1. The site is situated within ODZ and is being used for agricultural purposes.(The Rural Policy stipulates that such development cannot take up agricultural land).
2.  Gharb already has clearly identified residential areas within the Local Plan in Development Zones and no consideration should be given to releasing further ODZ land.
3. There is no absolutely no evidence whatsoever that this land is required to support current or foreseeable future housing needs.

DLĦGħ urges the public, NGOs and the Gharb Local Council to make representations against this Application in order to send a clear message to the Authorities that Gozitans and Maltese alike are sick and tired of destructive Planning Applications that are destroying the natural beauty of Gozo and its unique quality of life.

Representations against this PC/00038/20 application are open until the 27th October, and can be done by simply following this link:  https://www.pa.org.mt/representationform?CaseFullRef=PC/00038/20&SystemKey=149634&target=

DLHGh reiterates its clear and urgent 3 point plan to protect Gozo and allow the island breathing space until planning policies are reviewed and strengthened :

  1. A twelve-month suspension of DC15 Annex 2 to all new developments in Gozo
  2. A twelve-month moratorium period on all Outside Development Zone (ODZ) applications
  3. A twelve-month extension of the Urban Conservation Area (UCA) by 250 metres

 


VERZJONI BIL-MALTI

Stqarrija għall-istampaPjan ġdid ta’ Atroċita’ fl-Għarb.

B’reazzjoni għal applikazzjoni ġdida għall-kontroll tal-ippjanar (referenza PC/00038/20) għal triq ġdida proposta fuq 5,387 metru kwadru ta’ art li hija ODZ fl-Għarb f’Għawdex, Din l-Art Ħelwa Għawdex (DLĦGħ) terġa’ tafferma mill-ġdid it-talbiet tagħha li għandu jkun hemm regolamenti aħjar biex jiġi protett l-ambjent naturali, storiku u kulturali li huwa uniku għal Għawdex (ara n-nota f’qiegħ il-paġna).

Iż-żona, magħrufa bħala ‘Tal-Mawua’ tmiss ma’ Triq Birbuba u Triq Patri Albert Caruana. L-Applikazzjoni għall-Kontroll tal-Ippjanar tipproponi triq ġdida li tkun tista’ tintuża bħala aċċess alternattiv għal Triq Birbuba, u wkoll biex it-tqassim taż-żoni jinbidel għal żvilupp residenzjali f’parti sinifikanti tal-art.

DLĦGħ toġġezzjona bis-sħiħ din l-applikazzjoni li għandha tiġi rifjutata fuq bażi li:

  1. Is-sit jinsab f’ODZ u qed jintuża għal skopijiet agrikoli. Il-Politika Rurali telenka b’mod ċar li żvilupp bħal dan ma jistax isir fuq art li qed tintuża għal skopijiet agrikoli. 
  2. L-applikazzjoni hija għal triq ġdida u biex jinbidel l-użu tal-art, għal wieħed residenzjali. L-Għarb diġà għandu ż-żoni residenzjali tiegħu identifikati fil-Pjan Lokali fir-rigward taż-Żoni ta’ Żvilupp. Dawn iż-żoni għandhom jinbnew kollha qabel ma tkun tista’ tiġi żviluppata aktar art, speċjalment jekk l-art tkun ODZ. 
  3. Ma hemm ebda evidenza li din l-art hija meħtieġa biex tagħmel tajjeb għal ħtiġijiet tal-akkomodazzjoni ta’ bħalissa jew għall-futur qrib.

DLĦGħ tħeġġeġ lill-pubbliku, NGOs oħra u l-Kunsill Lokali tal-Għarb biex joġġezzjonaw kontra din l-Applikazzjoni sabiex jgħaddu l-messaġġ lill-Awtoritajiet, li l-Għawdxin xebgħu mill-Applikazzjonijiet tal-Ippjanar mhux xierqa li jirrovinaw l-isbuħija ta’ Għawdex u li jħallu impatt kbir fuq il-kwalità tal-ħajja tal-Għawdxin. 

Min jixtieq joġġezzjona għal l-applikazzjoni PC/00038/20 għandu żmien sas-27 ta’ Ottubru, u jista’ jagħmel dan billi jaċċessa dan il-link:

https://www.pa.org.mt/representationform?CaseFullRef=PC/00038/20&SystemKey=149634&target=

Nota: [Estratt mill-istqarrija għall-istampa tas-17 ta’ Settembru 2021]

DLĦGħ qed tinsisti li l-gvern jieħu azzjoni immedjata u titlob lill-awtoritajiet biex jieħdu azzjoni fuq it-tlett rakkomandazzjonijiet ewlenin biex jitwaqqaf it-taħsir, sabiex Għawdex terga’ tieħu n-nifs meħtieg sakemm jiġu riveduti u msaħħin l-policies u linji gwida tal-ippjanar li huma fis-seħħ bħalissa.

  1. Sospensjoni ta’ tnax-il xahar ta’ DC15 Annex 2 fejn jidħol kull zvilupp gdid f’Għawdex. (Annex 2 jippermetti bini ta’ ħames sulari f’inħawi ta’ tlett sulari, li jiġġeneraw densitajiet estremi, li jtellfu l-kwalita’ tal-ħajja u jirvinaw il-karattru tal-irħula Għawdxin).
  2. Moratorju immedjat għal perijodu ta’ tnax-il xahar fuq l-applikazzjonijiet kollha ODZ. (Sakemm jitfasslu linji gwida ġodda li permess tagħhom jistgħu jittieħdu deċiżżjonijiet tal-ippjanar konsistenti li jkunu konformi ma’ policies stretti ġodda, sabiex jinqata’ l-użu sistemiku mhux suppost ta’ art ODZ).
  3. Impożizzjoni għal tnax-il xahar ta’ estensjoni ta’ 250 metru tal-konfini taz-Zona ta’ Konservazzjoni Urbana. (Biex jinħoloq buffer zone li jipproteġi l-wirt fil-qalba tal-irħula sakemm isiru studji ta’ konservazzjoni u jiġu eżaminati l-Pjani tal-Viċinat, bl-impożizzjoni ta’ linji gwida stretti).

Caption : Għarb Development Zone Plan in yellow, new proposed building site in red.

Kapxin: Żona Pjan ta’ Żvilupp Għarb mmarkat bl-isfar, sit tal-bini propost mmarkat bl-aħmar